In-Nazzjonijiet Uniti ħarġet l-aktar rapport komprensiv dwar il-bidla fil-klima. Rapport li jwissi li s-saħħa, is-sigurtà u l-ikel tal-bniedem jinsabu mhedda b’mod serju minħabba l-bidla fil-klima.
Ir-rapport iwissi li tul it-30 sena li ġejjin, l-ibħra se jsiru aktar aċidużi b’konsegwenzi serji għall-ħlejjaq tal-baħar filwaqt li fuq l-art mistenni jkun hawn ċaqliq tal-annimali u pjanti minħabba temperaturi aktar sħan. Il-provista tal-ikel għall-bniedem mistennija tonqos b’25%.
//= $special ?>
