Internazzjonali

L-ebda żblokk fl-Ukrajna

Ma kien hemm ebda żblokk dwar il-kriżi fl-Ukrajna fil-laqgħa mhux mistennija li saret il-Ħadd filgħaxija bejn John Kerry, is-Segretarju tal-Istat Amerikan, u Sergei Lavrov, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu f’Pariġi.
It-taħditiet damu erba siegħat imma spiċċaw mingħajr riżultat minħabba li Kerry qal li fil-ġejjieni tal-Ukrajna irid ikun hemm l-Ukrajna mdaħħla fid-diskussjonijiet.