Lokali

Mixja b’risq il-klieb tal-Island Sanctuary

Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, l-Island Sanctuary se torganizza mixja bil-klieb nhar il-Ħadd 6 t’April biex tiġbor fodni b’risq is-santwarju tal-annimali. Il-mixja tibda fl-10.30am minn ħdejn is-santwarju tal-annimali f’Delimara.

Min beħsiebu jipparteċipa mistenni li jirreġistra fid-9.15am fejn mar-reġistrazzjoni jittieħed ritratt mill-fotografu tal-Island Sanctuary Krista Aquilina. Kull min jipparteċipa se jiġi mitluba jagħti donazzjoni ta’ ħames ewro u kieħu sehem f’kompetizzjoni fuq facebook. Se ssir raffle fejn il-biljetti se jinbiegħu għal ħamsin ċenteżmu.

Il-klieb tal-Island Sanctuary se jkunu riservati għal dawk li m’għandhomx kelb billi jirriservaw kelb fuq 7901 8901.

Fi tmiem il-mixja se jiġu offruti tè, kafè u gallettini għal dawk li se jimxu u treats għall-klieb.

Donazzjonijiet jistgħu jsiru permezz ta’ telefonata fuq:

50617368 – Eur2.33
50618082 – Eur4.66
50618935 – Eur6.99