Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil illum iltaqa’ ma’ delegazzjoni Ċiniża mmexxija mill-Viċi Ministru Yo Hongjun, responsabbli għad-Dipartiment Internazzjonali tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista Ċiniż.
Il-Viċi Ministru, li fiż-żjara tiegħu kien akkumpanjat mill-Ambaxaxatur Ċiniż għal Malta, Ciai Jinbiao, esprima s-sodisfazzjon tiegħu li kien mistieden mill-Gvern Malti biex iżur pajjiżna u qal li din iż-żjara fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista għandha sservi mezz biex iż-żewġ partiti jaħdmu iktar fil-qrib u jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-poplu Ċiniż u dak Malti.
Simon Busuttil, flimkien mal-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius u l-Uffiċjal Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Trevor Degiorgio, fakkar kif il-Partit Nazzjonalista, għal dawn l-aħħar 25 sena, ħa ħsieb li jsawwar politika ta’ rispett bejn il-Gvern Malti u dak Ċiniż.
B’rabta ma’ dan il-Viċi Ministru Ċiniż qal li l-impatt li l-Partit Nazzjonalista ħalla fuq il-politika ta’ pajjiżna tul is-snin tiegħu fil-Gvern kien kruċjali biex Malta tasal fejn wasslet illum. Hu esprima kunfidenza sħiħa li din il-ħidma min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, tkompli tħalli l-frott f’pajjiżna.
//= $special ?>
