Lokali

Tibdil fil-prezz tal-gass u tal-fuel

L-Enemalta ħabbret tibdil fil-prezz tal-fuels b’seħħ minn għada. Il-prezz tal-petrol bla ċomb (unleaded) għola żewġ ċenteżmi minn €1.44 għal €1.46 kull litru. Il-prezz tad-diesel ma nbidilx u se jibqa’ jiswa €1.36 kull litru. Il-Kerosene raħas ċenteżmu minn €1.39 għal €1.38 filwaqt li l-Gasoil minn €1.04 se jibda jiswa €1.05. Dawn il-prezzijiet jerġgħu jiġu riveduti f’Ġunju li ġej.

Sadanittant, il-kumpanija Liquigas ħabbret tibdil fil-prezz tal-gass, liema tibdil jidħol fis-seħħ minn għada u jibqa’ validu sal-Erbgħa 30 ta’ April 2014.

Ċilindru ta’ 12kg li kien jinbiegħ €19.20 se jibda jinbiegħ għal €18.40.
Ċilindru ta’ 10kg li kien jinbiegħ €16 se jibda jinbiegħ għal €15.35.
Ċilindru ta’ 15kg li kien jinbiegħ €24 se jibda jinbiegħ għal €23.00.