Exiles Ferretti……………5
Valletta United………….8
(3-3),(1-2),(0-3),(1-0)
Valletta United irkupraw mit-telfa kontra Neptunes meta għelbu lil Exiles Ferretti 8-5 biex kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun. Valletta li kellhom neqsin lil Nicky Bonello Ghio u Simon Cachia sabuha ftit diffiċli fil-bidu tal-partita b’Exiles jagħlqu tajjeb fid-difiża iżda wara l-mistrieħ Valletta dehru aħjar u bdew jiddefendu tajjeb filwaqt li kkontrollaw il-partita. Għal Exiles din kienet it-tielet telfa tal-kampjonat. It-tim ta’ Cousin kellu bidu tajjeb iżda fl-iktar fażi importanti tal-partita falla milli jżomm il-pass mal-avversarji.
Kienu Exiles li fetħu l-iskor b’gowl ta’ James Spiteri Staines iżda Valletta irnexxilhom idawru l-iskor bi tliet gowls minn Charlie Zammit, Michael Spiteri Staines u Daniel Paolella. Iżda doppjetta ta’ Julian Rizzo Naudi għamlet l-iskor indaqs sa tmiem l-ewwel sessjoni.
Il-Beltin ħadu vantaġġ minimu fit-tieni sessjoni meta l-eks Sliema Spiteri Staines u Rizzo poġġew lil Valletta 5-3 fil-vantaġġ sakemm Rizzo Naudi skorja t-tielet gowl personali u naqqas id-distakk.
Valletta ħadu l-kmand tal-partita fit-tielet sessjoni u skorjaw tlieta mingħajr risposta biex marru erba’ gowls vantaġġ. B’dan id-distakk il-Beltin setgħu jikkontrollaw il-partita aħjar u minkejja li Exiles naqqsu l-iskor b’gowl ta’ Vassallo ma kienx biżżejjed biex jevitaw it-telfa biex Valletta rebħu 8-5.
Exiles> I. Bugeja, J. Rizzo Naudi (3), S. Vassallo (1), D. Pace Lupi, P. Paris, N. Portelli, J. Spiteri Staines (1), K. Griscti, M. Paris, P. Borg, B. Lanzon, L. Borg, K. Lanzon,L. Peric, S. Galea Pace
Valletta> R. Sciortino, R. Mock, M. Spiteri Staines (3), M. Rizzo (1), M. Cordina (1), C. Zammit (1), C. Debono, R. Scerri (1), D. Paolella (1), J.C. Farrugia, D. Abela
Referees> Alex De Raffaele, Mario Dalli
//= $special ?>

