L-ekonomista Clyde Caruana inħatar Chairman tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) b’effett immedjat. F’dawn l-aħħar xhur, Clyde Caruana introduċa numru ta’ policies prinċipali tal-Gvern permezz tal-inizjattivi Jobs+, fosthom Ħarsien tat-Tfal B’Xejn għal ġenituri li Jaħdmu, Making Work Play u l-Garanzija taż-Żgħażagħ.
Philip Rizzo inħatar bħala l-Kap Eżekuttiv il-ġdid. Rizzo, li diġa’ kien membru fil-Bord tad-Diretturi tal-ETC, hu accountant professjonali b’karriera ta’ 40 sena bħala konsulent fin-negozju fis-settur privat.
//= $special ?>