Lokali

Iffirmati tliet Public Social Partnerships

Fost l-aħħar impenji ta’ Marie Louise Coleiro Preca bħala il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjeta` Socjali kien hemm l-iffirmar ta’ tliet Public Social Partnerships ma tliet għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fil-qasam socjali.

Fil-fatt permezz ta’ dawn il-Public Social Partnerships il-Gvern qed jgħin permezz ta’ pagamenti bil-quddiem, permezz ta’ ingaġġ ta’ social workers u bix-xiri ta’ care plans lil dawn l-NGO’s.

Dawn huma il-Fondazzjoni Kenn u Tama li se tibda tmexxi Dar Emmaws f’Għawdex li se tagħti kemm lil vittmi ta’ vjolenza domestika. Il-Fondazzjoni Nazzareth li għandha tliet idjar fil-komunita` għall-persuni b’dizabbilta` li fihom 29 resident u hemm ukoll il-YMCA li tagħti kemm lil dawk bla saqaf fuq rashom.

Għal ftehim dwar il-ftuh ta’ Dar Emmaws li hu għal tliet snin attenda l-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo kif ukoll Monsinjur Joe Vella Gauci u Dun Mikiel Xuereb f’isem il-Fondazzjoni Kenn u Tama. Din se tkun l-ewwel dar f’Ghawdex li tilqa’ lil vittmi ta’ vjolenza domestika. Se jkunu impjegati 12-il carer u d-dar se tilqa’ sa 14-il adult u uliedhom zgħar.

Wara kien iffirmat il-ftehim mal-Fondazzjoni Nazzareth li għaliha attenda s-Segretarju Parlamenari Franco Mercieca, li bħal Ministru Marie Louise Coleiro Preca, dan ukoll kien wieħed mill-aħħar impenji tiegħu fil-kariga. F’isem il-Fondazzjoni Nazzareth iffirma Anġlu Zahra, Amministratur u President tal-Bord tad-Diretturi tal-Fondazzjoni.

L-aħħar ftehim, ukoll għal tliet snin, kien iffirmat mal-YMCA li bih il-Gvern xtara 25 care plan għal persuni li spiċċaw bla saqaf fuq rashom. Il-YMCA għadha kif imxiet għal dar ġdida fl-Imsida li fiha 30 sodda. Bħalissa 15-il persuna qed jingħataw kemm f’din id-dar.

Jean Paul Mifsud, f’isem il-YMCA qal li din l-NGO akkwistat tmien studio apartments fil-Belt li se jkunu allokati għal tfal u zgħazagħ taħt it-18-il sena. Hu qal li bħalissa 15-il persuna qed jingħataw kemm mill-YMCA imma spjega li kull sena in-numru ta’ persuni bla saqaf fuq rashom qed dejjem jiżdied.