Lokali

Oppożizzjoni pożittiva u kostruttiva bil-provi

Waqt li kien qed jitkellem fil-parlament dwar il mozzjoni biex Marie Louise Coleiro Preca, tinħatar presidet ta’ Malta, il-kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, qal li l-oppożizzjoni hi waħda pożittiv u kostruttiva bil-prova tant li għall-ewwel darba se tivvota favur persuna mil-kamra opposta biex tiħatar president ta’ Malta

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ressaq għall-approvazzjoni tal-Kamra mozzjoni għall-ħatra ta’ Marie Louise Coleiro Preca bħala President. Dan ġie sekondat mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.

Il-Prim Minsitru qal li dan hu mument storiku għaliex għaliex għat-tielet darba qed ikun hemm approvazzjoni unanima għall-ħatra ta’ President. Hu rringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni għall-appoġġ li qed tagħti l-Oppożizzjoni anke jekk il-persuna nominata ġejja mill-kamp politiku oppost.

Joseph Muscat qal li Marie Louise hi l-persuna li jixirqulha nomina bħal din li hi l-ogħla kariga tal-istat. Hu qal li l-ħatra hi ġrajja storika għaliex Marie Louise Coleiro Preca se tkun qed tokkupa l-ogħla kariga tal-Istat bħala mara u għalhekk se tkun ta’ eżempju għal ħafna nisa oħra. Hu fakkar is-sehem ta’ Marie Louise Coleiro Preca fl-impenn tagħha soċjali anke f’mumenti l-aktar diffiċli tas-soċjeta’. Hi wkoll omm li l-ewwel kienet omm imbagħad iżżewġet. Hi għalhekk mhux biss mara iżda wkoll persuna li tirrappreżenta  oqsma oħra tas-soċjeta’.

Il-Prim Ministru qal Marie Louise Coleiro dejjem uriet lealta’ u magħha dejjem kien jaf fejn jinsab. Joseph Muscat qal li bħala Kap tal-Partit Laburista jista’ jgħid li l-partit tilef pilastru u tilef anke kalamita ta’ voti. Iżda t-telfa tal-partit tissarraf fi gwadann għall-poplu. Simon Busuttil qal li kulmin jemmen li l-President hi simbolu ta’ għaqda nazzjonali għandu jagħmel l-almu tiegħu biex il-President ikun simbolu.

L-Oppożizzjoni se tivvota favur biex din il-Presidenza tkun verament tagħna lkoll.

Sal bieraħ Marie Louise Coleiro Preca kienet Membru Parlamentari. Illum se tkun President tagħna wkoll u tagħna lkoll.

Simon busuttil qal li għalkemm l-Oppożizzjoni se tivvota favur ma jistax ma jsemmix kif il-Gvern wasal għad-deċiżjoni. Ma ttieħditx l-opportunita tal-esperjenza tal-ħatra ta’ George Abela. Hi ħasra li din l-okkażjoni ntilfet.

Ma kienx hemm konsultazzjoni u informazzjoni ngħatat wara li kulħadd kien jaf bil-ħatra.

Jekk dan hu l-istil ġdid li wiegħed il-Prim Ministru allura hu stil żħbaljat. Minkejja dan in-nuqqas l-Oppożizzjoni se tirrispondi b’sinjal ta’ responsabbilta u għaqda. L-Oppożizzjoni qed turi li hi Oppożizzjoni kostruttiva bil-kliem u bil-fatti. Wissa li jekk il-Gvern irid il-kollaborazzjoni tal-Oppożizzjoni għandu jfittex din il-kollaborazzjoni.

Simon Busuttil qal li r-rwol tal-President hu deskritt fil-Kostituzzjoni u kull rwol ġdid li qed jingħad li se jgħaddi għand il-President għandu jkun approvat mill-Kamra. Ir-rwol ta’ Presidenza għandu jinżamm ħieles minn rwol eżekuttiv. Għalhekk ma tabqilx mar-rwoli kif espressi mill-Prim Ministru. Kull tibdil li jsir għandu jkun rifless f’tibdil Kostituzzjonali. L-Oppożizzjoni toffri l-kollaborazzjoni kollha tagħha biex ikun hemm diskussjonijiet dwar dan it-tibdil.

Simon Busuttil awgura l-aħjar ħidma lill-President Coleiro Preca u wiegħed l-appoġġ tal-Oppożizzjoni.