Lokali

Proposti Għall-Għaqdiet Studenteski Universitarji

L-MŻPN Gozo, bħala għaqda li taħdem fost iż-żgħażagħ Għawdxin filwaqt li tirrikonoxxi l-ħidma kbira li saret f’dawn l-aħħar snin mill-KSU sabiex tiffaċilita l-ħajja tal-istudenti Għawdxin, tħoss li baqa’ xi jsir f’dan ir-rigward. Għalhekk ġew imfassla numru ta’ proposti li ntbagħtu lill-għaqdiet li se jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-KSU sabiex jiġu kkunsidrati meta jfasslu l-manifesti tagħhom.

Il-proposti jinkludu; aktar servizzi offruti ġewwa l-Kampus ta’ Għawdex, possibilita ta’ eżamijiet f’Għawdex għal kull student anke f’Settembru, aktar konsultazzjoni mal-operatur tat-Trasport Pubbliku sabiex jiġu sinkronizzati l-ħinijiet tal-vapur u tal-karozza tal-linja, żieda ta’ rotta oħra li titlaq mill-universita bid-direzzjoni għaċ-ċirkewwa u estensjoni tal-X1A wara l-vapur tas-6.45am.
Jiġi identifikat post ġewwa Students House għal sistema ta’ lockers fejn student jista jiddepożita l-bagalja tiegħu b’mod sigur.
L -KSU għandu jestendi l-attivitajiet tiegħu anke lejn Għawdex.
Fuq nota ta’ konklużjoni filwaqt li nirrikonoxxu l-ħidma kontinwa nħeġġu lill-membri li se jiġu eletti sabiex iżommu kuntatt mal-istudenti sabiex dawn ikunu infurmati b’dak kollu li ed jiġri.

Messaġġ ta’ awguri lill-kandidati kollha li se jikkontentaw.