Fl-aħħar ġimgħat, dilettanti tal-filatelija skoprew li l-VAT fuq bolol ġodda li jfaddlu l-persuni li jġemmgħu l-bolol issa telgħet minn 15% għal 18%. Persuna li kkuntattjat lil MaltaRightNow.com qalet li meta rċeviet sett ta’ bolol ġodda nħasdet bil-prezz għoli. Hi ċemplet lil Maltapost biex tara x’kien ġara u l-Uffiċjal tal-Maltapost qalilha li l-VAT fuq il-bolol għal min għandu dan id-delizzju issa żdiedet.
Meta l-persuna kompliet tistaqsi lill-Uffiċjal tal-Maltapost, dan qalilha li l-Posta m’għandhiex x’taqsam maż-żieda u l-kumpanija kienet sempliċiment infurmata b’din il-bidla min-naħa tad-Dipartiment tal-VAT. Il-persuna li tkellmet magħna qaltilna li d-dilettanti tal-filatelija għallinqas setgħu ġew avżati bil-bidla fil-VAT fuq il-bolol, li skont hi se tkompli tgerrex lil dawk li qed jitħajru jaqbdu dan il-passatemp.
//= $special ?>
