Internazzjonali

Ċile: Biża’ ta’ tsunami wara terremot b’qawwa ta’ 8.2 fuq l-iskala Richter

Iċ-Ċile jinsab fuq stat ta’ allert wara terremot b’qawwa ta’ 8.2 fuq l-iskala Richter li laqat il-pajjiż u ħalla mill-anqas ħames persuni mejta. Ħafna oħrajn sofrew feriti serji, filwaqt li għexieren ta’ eluf oħra ġew evakwati minn djarhom. Uħud mill-persuni mietu kawża ta’ ħitan li kkollassaw, filwaqt li oħrajn sofrew attakk tal-qalb.

It-terremot ħalla ħerba fin-naħa ta’ fuq taċ-Ċile bi qtugħ fil-provvista tal-elettriku, nirien u valangi rappurtati f’diversi żoni tal-pajjiż. Dan minbarra kaos fit-traffiku, hekk kif il-persuni ħarbu minn djarhom. Il-biża’ hi li wara dan it-terremot, issa jmiss li l-pajjiż jintlaqat ukoll minn tsunami.