Il-gowlkiper ta’ Pembroke u tat-tim nazzjonal Malti ta’ taħt il-21 sena Matthew Calleja Cremona ġie sospiż għal 14-il xahar mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA wara l-inċidenti li kellu fil-partita mill-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni fejn Pembroke tilfu 4-1 kontra San Ġwann fi tmiem il-ġimgħa. Calleja Cremona li mistenni jappella mis-sentenza hu sospiż sal-1 ta’ Ġunju tal-2015.
Jirriżulta li r-referee tal-logħba rrapporta li Cremona “mbuttah b’saħħa” waqt protesti wara wieħed mill-gowls ta’ San Ġwann.
Dan il-gowl qajjem protesti kbar minn Pembroke peress li l-assistent referee kien għolla l-bandiera għal offside u l-plejers ta’ Pembroke waqfu jilagħbu. Madankollu r-referee (kif għandu kull dritt jagħmel) xejjer biex il-logħob jibqa’ għaddej u San Ġwann skurjaw.
Kien f’dan il-mument li nqalgħu xi inċidenti fejn fuq is-sit youtube qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ dak kollu li seħħ f’din il-partita.
Plejers oħra ta’ San Ġwann sospiżi logħba kull wieħed wara din il-partita huma Kurt Zahra u Glenn Martin Agius.
Intant fuq ir-rapport tar-referee għal din l-istess partita, il-plejer ta’ Pembroke Athleta Alex Calleja ġie sospiż 10 partiti u Vojko Martinovic tal-istess klabb żewġ partiti.
Sadanittant din ma kinitx l-unika sospensjoni kbira fit-Tieni Diviżjoni għal din il-ġimgħa hekk kif Kirkop Utd kellhom lil Slavisa Brkovic sospiż sena u tmien xhur sal-1 ta’ Diċembru tal-2015 wara t-telfa 3-1 kontra Għargħur li min-naħa tagħhom kellhom Adrian Gatt sospiż logħba.
Erba’ partiti għal Vignaroli
Mill-Kampjonat Premier l-agħar li marru kienu Balzan b’Fabio Vignaroli jiġi sospiż erba’ partiti u l-uffiċjal George Borg żewġ partiti.
B’Kara għandhom lil Joseph Zerafa sospiż żewġ partiti l-istess bħal Admir Vladavic ta’ Sliema Wanderers.
Plejers mill-Premier sospiżi logħba waħda biss huma Karl Pulo u Carlo Mamo ta’ Tarxien Rainbows, Joseph Caruana ta’ Rabat Ajax, Simone Raffaele Quintieri u Gabriel Da Silva ta’ Qormi, Il-gowlkiper Omar Borg u Bojan Kaljevic ta’ Mosta, Gilmar Da Silva Ribeiro ta’ Naxxar Lions u Jonathan Pearson ta’ Hibernians.
Mill-Ewwel Diviżjoni Ian Schembri ta’ Msida SJ ġie sospiż tliet partiti, Elton Bugeja ta’ Gudja United u Brady Parnis ta’ Gżira United sospiżi żewġ partiti kull wieħed u Paul Camilleri (B’Buġa), Matthew Fleri Soler u Kiril Aleksandrov (Lija A), Andrew Amato, Kai Risholt u Michael Johnson (St. Andrews) u Erikson Aga (Żejtun C.) kollha logħba kull wieħed.
Plejers oħra sospiżi mit-Tieni Diviżjoni kienu Didier Tayou (Mqabba) żewġ partiti u logħba kull wieħed Dylan Zarb, Kurt Pace u Alex Portelli (Dingli Swallows), Abeeb Abiodun Williams (Fgura United), Elland Vella (Marsa), Karl Vassallo (Marsaskala), Matthew Borg (Mellieħa), Mark Gauci (Mqabba) u Alessio Cassar (Siġġiewi).
Mit-Tielet Diviżjoni kienu sospiżi Stephen Zammit (Qrendi) żewġ partiti u logħba kull wieħed Saviour Sultana Kenneth Spiteri u Terrence Cachia (Qrendi), Noel Bilocca (Għaxaq), Karl Sammut (Mtarfa), Eman Borg u Gerald Ancilleri (Sta Venera), Andrew Darmanin (Ta’ Xbiex), Antoine Barbara (Xgħajra Tornadoes).
//= $special ?>

