Il-Pulizija Taljana arrestat 24 persuna, fosthom eks Membru Parlamentari, u li kienu akkużati fost l-oħrajn b’għaqda b’skop li jitwettaq it-terrorżimu u produzzjoni u ħażna ta’ armi tan-nar.
Il-Pulizija fil-ħidma tagħha sekwestrat ukoll tank tal-gwerra li skont uffiċjali tas-sigurta Taljani, kien qed jitlesta biex jintuża f’azzjoni kbira f’Pjazza San Marco f’Veneżja. Intqal li t-tank tal-gwerra jaħdem perfettament tant li kien ukoll saret prova biħ fejn kienu sparati xi ballal
Fost l-arrestati hemm Franco Rocchetta, il-fundatur tal-partit Liga Veneta u eks Membru Parlamentari. Il-Liga Veneta kienet ingħaqdet mal-Lega Nord imma imbagħad Rocchetta kien abbanduna l-partit u dan l-aħħar kien il-forza ewlenija wara referendum dwar l-indipendenza ta’ Veneżja.
Dawk arrestati jidher li kienu qed jipħpjanaw sensiela ta’ azzjonijiet vjolenti f’Veneżja bl-iskop li jisfurżaw l-awtoritajiet f’Ruma biex jagħtu l-indipendenza lil Veneżja.
Il-grupp kien bażat fl-inħawi madwar Brescia u l-forzit as-sigurta Taljani kienu ilhom jinvestigaw il-grupp għal dawn l-aħħar tliet snin.
Ghemm spekulazzjoni li aktarx dan il-grupp kien se jwettaq xi azzjoni kbira, probabbilment bit-tank tal-gwerra, fil-ġimgħat li ġejjin. Fit-8 ta’ Mejjut al-1997, grupp ta’ nies mil-Liga Veneta abbord speċi ta’ tank tal-gwerra mibni minnhom kienu daħlu fi Pjazza San Marco u telgħu fil-kampnar ta’ San Marco fejn tajru l-bandiera antika ta’ Veneżja. Każ li hu magħruf bħala tas-”Serenissimi”.
//= $special ?>

