Hekk kif komplew jiżdiedu l-vittmi mill-marda tal-Ebola fil-Guinea, jidher li organizazzjonijiet umanitarji mhux qed jaqblu dwar il-kobor tal-kriżi.
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li l-marda hi mifruxa f’zona limitata u ma kienitx laħqet il-livell ta’ epidemija. Imma grupp ieħor, il-Medecins Sans Frontieres (MSF) qalet li l-mod kif infirxet il-marda qed tagħmilha diffiċli ħafna biex tkun kontrollata.
Il-WHO qalet li s’issa kien hemm 83 persuna fil-Guinea li mietu minħabba l-marda. Marda li tikkawża l-mewt f’bejn 25 u 90 fil-mija tal-każi u li għaliha m’hemmx kura.
Il-marda issa kien konfermat li infirxet anki fil-Liberja u l-kapitali tal-Guinea Conakry fejn igħixu maż-żewġ miljun persuna.
Fil-Liberja kien hemm seba’ każi fosthom erba’ ta’ nies li mietu.
L-Ebola, tikkawża l-mewt billi persuna jisvina u m’hemmx kura għaliha u tittieħed bil-kuntatt bejn in-nies.
Il-WHO qalet li din il-marda relattivament ġdida s’issa feġġet l-aktar f’zoni remoti fiċ-Ċentru u l-Punent tal-Afrika.
//= $special ?>
