Saħħa

L-MUMN tiftaħ is-sħubija tagħha għall-professjonisti oħra fil-qasam tas-Saħħa

Wara l-Laqgħa Ġenerali Straordinarja tagħha, l-MUMN ħabbret li ser tiftaħ il-bibien tagħha b’mod immedjat għall-numru ta’ professjonisti li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa kemm fis-servizz pubbliku, parastatali u dak privat.

Il-lista tal-professjonisti li jistgħu jissieħbu membri mal-MUMN huma:

Physiotherapist
Occupational Therapist
Speech (Language) Pathologist
Health Inspector
Podologist
Medical Laboratory Scientist
Dental Hygienist
Pharmacy Technician
Electrocardiographic Technician
Radiographer
Social Worker
Nutrionist
Health and Safety Inspectors
Pharmacists

Numru ta’ ġranet ilu l-MUMN għamlet talba formali lis-Segretarju Permanenti Prinċipali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru sabiex tingħata l-għarfien ewlieni tas-Social Workers li jaħdmu fis-settur pubbliku inkluż dawk li jaqdu d-doveri tagħhom fl-Isptar Karen Grech li huma impjegati mal-Foundation of Medical Services.

Fl-istess ittra l-MUMN talbet biex sakemm tiġi analizata din it-talba mir-Regolatur tat-Trade Unions, il-proċess tad-diskussjonijiet li għaddej bħalissa ma’ union oħra, għandu jiġi sospiż. Għalkemm għalissa l-MUMN għadha mingħajr tweġiba, qegħda tistenna li tirċievi risposta dalwaqt.