Wara snin ta’ spekulazzjoni dwar iż-żwieġ tal-Presdient Russu Vladimir Putin, jidher li hu issa ddivorżja lil Lyudmila Putina ta’ 56 sena.
Isem martu issa tneħħa mis-sit eletroniku tal-Kremlin u kull referenza uffiċjali tal-Gvern Russu. Dan wara li d-divorżju kien finaliżat.
Fis-sit eletroniku uffiċjali tal-Kremlin, fejnd arba kien hemm imniżżel li Putin miżżewweġ, issa hemm biss referiment għaż-żewġt itfal bnit tiegħu Maria u Katerina.
Dmitry Peskov, il-kelliem ta’ Putin, konferma li dan kien ifisser li l-President Russu kien iddivorżja.
F’Ġunju tas-sena li għaddiet, Putin u martu f’intervista televiżiva kienu konfermaw li kienu sseparaw.
Putin kien iltaqa’ ma’ Lyudmila Shkrebneva fil-bidu tas-snin Tmenin f’dik li llum hi San Pietruburgu meta t-tnejn kienu l-universita.Huma kienu żżewġu fl-1983. Huma qattu l-ewwel għaxar snin tal-ħajja miżżewwġa f’Dresden fil-Ġermanja tal-Lvant fejn Putin kien stazzjonat bħala spjun tal-KGB.
Lyudmila dejjem żammiet profil baxx tul il-karriera politika tal-President Russu.
F’Moska ilhom iduru għajdut li hu għandu relazzjoni mal-ġimnasta Alina Kabaeva ta’ 30 sena.
//= $special ?>

