Roma kisbu rebħa ta’ 4-1 fl-Olimpico kontra Parma biex issa qegħdin tmien punti taħt il-liders Juventus. Fi Frar, din il-logħba kienet ġiet abbandunata wara disa’ minuti minħabba l-maltemp f’Ruma.
Fit-12-il minuta Roma marru fil-vnataġġ meta GERVINHO skurja minn rebound wara li xutt ta’ Destro laqat il-lasta. L-istess Gervinho kellu gowl imħassar għal offside minuta wara u Parma ġabu d-draw wara kwarta permezz ta’ ACQUAH li skurja l-ewwel gowl tal-istaġun.
Hekk kif reġa’ beda l-logħob TOTTI reġa’ poġġa lil Roma fil-vantaġġ biex it-timijiet marru jistrieħu bl-iskor ikun dak ta’ 2-1. Erba’ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima PJANIC għamilhom tlieta għal Roma filwaqt li TADDEI issiġilla r-rebħa fit-82 minuta. Fid-90 minuta BIABANY naqqas id-distakk imma kien tard wisq għal Parma biex iwettqu rimonta.
//= $special ?>

