Il-Korporazzjoni Enemalta ħabbret li ġie sospiż impjegat ieħor b’rabta mal-każ tat-tixħim għat-tbagħbis ta’ Smart Meters biex b’hekk s’issa huma 12 l-impjegati tal-Enemalta li ġew sospiżi b’rabta ma’ dan il-każ. L-istqarrija nħarget l-għada li quddiem il-Qorti tressqu żewġ impjegati oħra tal-Enemalta b’rabta ma’ dan il-każ biex b’hekk issa huma sitta l-impjegati tal-Enemalta li tressqu l-Qorti b’rabta mal-każ ta’ serq u korruzzjoni.
L-Enemalta fakkret li l-klijenti li b’xi mod kienu nvoluti f’dawn l-irregolaritajiet għandhom sat-Tnejn li ġej biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom b’mod volontarju skont l-amnestija li kien ħabbar il-Prim Ministru Muscat u, filwaqt li jħallsu d-dawl misruq u l-penali, jevitaw konsegwenzi aktar gravi. L-Enemalta temmet tgħid li se tuża’ l-mezzi kollha disponibbli biex jittieħdu l-passi kollha meħtieġa kontra dawk li jagħżlu li ma jirrapurtawx l-irregolaritajiet tagħhom volontarjament.
//= $special ?>