Internazzjonali Lokali

Titjiriet minn u lejn Malta fost dawk imħassra minn Lufthansa minħabba strajk

Il-linja tal-ajru Ġermaniża Lufthansa kellha tħassar aktar minn 900 titjira domestika u nternazzjonali, hekk kif illum daħal fis-seħħ l-ewwel minn tlett ijiem ta’ strajk ordnat mill-union Ġermaniża tal-bdoti Cockpit minħabba kwistjoni dwar il-pagi.

B’kollox, Lufthansa mistennija tħassar madwar 3,800 titjira, li se jaffetwaw aktar minn 400,000 passiġġier fit-tlett ijiem tal-istrajk. Fost it-titjiriet affetwati hemm seba’ titjiriet ta’ Lufthansa minn u lejn Malta – iż-żewġ titjiriet kuljum minn u lejn Frankfurt u t-titjira minn u lejn Munich tal-Ġimgħa filgħaxija.