L-Imħallef Mark Chetcuti ħadha qatta’ bla ħabel kontra l-Gvern Amerikan talli “ma rrispettax il-liġi” u peress li għat-tielet darba f’temp ta’ xahar naqas li jattendi għal seduta fil-Qorti.
Il-kawża kien saret mill-kumpanija Virtu Ferries Ltd, li kienet kriet katamaran lill-Gvern Amerikan lura fis-sena 2011 biex jiġu evakwati mijiet ta’ Amerikani minn Tripli waqt ir-revoluzzjoni Libjana.
Dak iż-żmien kien ġie iffirmat ftehim by dak li kien Ambaxxatur Amerikan għal Malta, Douglas Kmiec – fejn kien stipulat li l-ambaxxata kellha tħallas €500,000 għall-kiri tal-katamaran u għal sitt siegħat biex jitgħabbew il-passiġġieri. F’każ ta’ dewmien kien sar ftehim li l-Gvern Amerikna iħalas €20,000 is-siegħa.
Kif kienu seħħew l-affarijiet il-katamaran kien dam, tort tal-awtoritajiet Libjani, u dan anke minħabba d-dewmien tal-passiġġieri li jaslu sa fuq il-katamaran u fil-fatt it-temp ukoll beda jmur għall-agħar. Il-Katamaran kien ħalla Tripli numru ta’ ġranet wara bil-passiġġieri jibqgħu jitgħabbew sa l-aħħar minuta.
Il-Gvern Amerikan sa issa ħallas għall-kiri tal-katamaran, iżda rrifjuta li jħallas għall-perjoud itwal u li kien miftiehem dwar it-tagħbija, li tammonta għal €782,000. Virtu Ferries kienet sfurzata biex tibda proċeduri fil-Qorti wara attentati ta’ ftehim barra l-Qorti kienu fallew.
L-uffiċjali tal-Gvern naqsu li jitilgħu l-Qorti għall-ewwel żewġ seduti, li saru fil-11 u fis-26 ta’ Marzu. Il-Gvern Amerikan qed jargumenta li skont il-Liġi Internazzjonali, stat għandu żmien sa 60 jum biex jirrispondi applikazzjoni ġuramentata. Il-liġi Maltija, iżda, tgħid li dawn għandhom biss perjodu ta’ 20 ġurnata u mhux 60.
L-Imħallef Chetcuti insista li “jekk każ jitpoġġa fuq il-lista tal-Qorti l-partijiet involuti għandhom jattendu”. Qal li huwa qatt ma stenna li gvern demokratiku li jimxi u jaġixxi b’dan il-mod ta’ mistħija fejn kulħadd huwa ugwali quddiem il-liġi.
L-Imħallef qal li l-applikanti kienu lesti li jagħtu perjodu ta’ 60 jum biex il-Gvern Amerikan jirrispondi iżda insista li l-istess partijiet Amerikani għandhom jattendu fil-Qorti. Issa l-Qorti tista tmexxi hi għaliex il-każ ippersista. Il-każ ikompli fl-20 ta’ Mejju fejn issa jiġu ppreżentati l-provi minn naħa tal-Virtu Ferries.
//= $special ?>

