Lokali

L-Imġarr jiċċelebra Festa Frawli

Nhar il-Ħadd li ġej se jsiru żewġ attivitajiet agri-turistiċi f’żewġt irħula tipiċi Maltin hekk kif fl-Imġarr se tkun organizzata t-tmien edizzjoni ta’ Festa Frawli filwaqt li f’Ħal Għargħur se ssir il-MilkFest.

Il-Festa Frawli hi organizzata mill-Kummissjoni Lejla Mġarrija u mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr, bl-iskop li tippromwovi l-frawli li hi frotta tajba ħafna għas-saħħa tal-bniedem bħala prodott lokali tal-Imġarr. Din l-attivita` daħlet fil-kalendarju agri-turistiku ta’ pajjiżna

Is-sena li għaddiet inbieghħ iktar minn disa’ tunnellati ta’ frawli friska u madwar tunnellata oħra ta’ frawli li ntuża fl-ikel u fix-xorb.

Kull sena eluf ta’ Maltin u turisti jżuru din l-attivita` u mhux biss ikunu jistgħu jixtru l-frawli friska, imma wkoll prodotti magħmulin mill-frawli. Se jkun hemm ukoll divertiment għal familja kollha. L-attivita’ tkun bejn l-10 ta’ filgħodu u l-ħamsa ta’ wara nofsinhar.

Se jkun hemm servizz ta’ Park and Ride minn Ta’ Qali kif ukoll shuttle service ta’ karozzi tal-linja bin-numri 44,38 u 225 diretti lejn l-Imġarr.