Lokali

Marie Louise Coleiro Preca llejla ssir id-disa’ President ta’ Malta

Illejla Marie Louise Coleiro Preca ssir id-disa’ President ta’ Malta. L-attivitajiet li se jwasslu għall-ħatra tagħha se jibdew mil-lokalitajiet fejn hi kienet tikkontesta l-elezzjoni ġenerali.

Fit-3pm, se ssir Quddiesa fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. Din se tixxandar LIVE fuq NET Television. Minn hemm, Marie Louise Coleiro Preca se tagħmel żjarat lill-komunitajiet tas-Siġġiewi, Ħal Luqa u Ħal Qormi.

Wara, hi tmur il-Belt Valletta fejn tard wara nofsinhar tieħu l-ġurament tal-ħatra. Imbgħad tidħol għall-ewwel darba fil-Palazz ta’ San Anton f’Ħ’Attard bħala l-President ta’ Malta, fejn tingħata merħba mill-istaff tal-Palazz.