FORMULA 1 – Wara xhur sħaħ f’koma, il-leġġenda u eks champion tal-Formula 1 Michael Schumacher “wera mumenti ta’ konoxxenza” skont l-aġent tiegħu.
Sabine Kehm qalet fi stqarrija lill-media li l-eks sewwieq “kien qed jagħmel progress” u li huma għadhom “fiduċjużi”.
Schumacher kien sofra injuries serji f’rasu waqt inċident li kellu meta kien qed jiskijja fl-Alpi Franċiżi fid-29 ta’ Diċembru 2013.
“Ninsabu fuq in-naħa tiegħu f’din il-ġlieda twila u diffiċli, flimkien mal-istaff ta’ tobba fi Grenoble. Nirringrazzjawkom mill-qalb għas-simpatija kontinwa tagħkom u fl-istess ħin, għal darb’oħra nitolbukom tifhmu li mhux beħsiebna niżvelaw id-dettalji,” temmet l-istqarrija.
Ikompli d-dominju tal-Mercedes
Id-dominju tal-Mercedes qed ikompli hekk kif Lewis Hamilton u Nico Rosberg irreġistraw l-aqwa u t-tieni l-aqwa ħin rispettivament fl-ewwel u fit-tieni sessjoni ta’ provi liberi għall-Grand Prix tal-Bahrain. Is-sewwieq tal-Ferrari Fernando Alonso irreġistra t-tielet l-aqwa ħin fiż-żewġ sessjonijiet filwaqt li ċ-champion Vettel tar-Red Bull iddiżappunta.
//= $special ?>