Żewġ referees lokali tal-Waterpolo, membri tal-Malta Waterpolo Referees Association, ingħataw żewġ impenji oħra internazzjonali biex ikunu referees f’partiti barra minn xtutna.
Peter Balzan illum jinsab Catania fejn se jikkontrolla l-logħba mill-kampjonat Taljan bejn Muri Antiochi ta’ Catania u t-tim minn Sirakuża, Ortigia. Il-partita se tintlagħab fit-3 p.m. f’Catania.
Intant Massimo Angileri jinsab f’Aberdeen fl-Iskozja fejn qed jikkontrolla partiti ta’ qabel il-Kampjonati tal-Commonwealth kif ukoll mill-istess kampjonati li fihom se jkunu qed jieħdu sehem timijiet bħall-Ingilterra, l-Iskozja, Wales, l-Afrika t’Isfel, Singapore u New Zealand.
F’dawn il-kampjonati qed jieħu sehem ukoll it-tim nazzjonali Malti mmexxi minn Karl Izzo.
//= $special ?>

