Il-lukanda Preluna li tinsab fi Triq it-Torri kienet ordnata mill-Qorti tħallas is-somma ta’ €1,907.85 lis sid ta’ karozza li kienet ġratilha l-ħsara meta struttura tal-aluminium ta’ gallerija li tifforma part mill-lukanda waqgħet f’maltempata qawwija li kienet għamlet fl-10 ta’ Marzu ta’ sentejn ilu.
It-talba kienet saret minn ċerta Tamara Micallef, li qaltet fil-Qorti li kienet ipparkjat il-karozza mal-lukanda Preluna, u meta marret lura, kienet indunat li aluminium u ħġieġ ta’ gallarija kienet ċediet għal fuq il-karozza tagħha, fejn saret ħsara fis-saqaf tal-karozza, fuq il-“bonnet” u f’waħda mill=bibien tal-karozza.
Il-lukanda kienet argumentat li l-inċident kien seħħ riżultat ta’ maltempata qawwija li hi ma kellha x’taqsam xejn magħha.
Il-Qorti permezz ta’ tribunal laqa’ t-talba ta’ Micallef’s fejn kien innotat li gallaeriji oħra ma kienux ċedew minħabba l-maltempata.
Kien innutat li l-ġallerija kellha l-boltijiet msadda, u l-lukanda ma pproduċiedx “records” ta’ manutenzjoni tal-istruttura, minn mindu kienet imwaqqfa dik il-parti, 25 sena ilu.
//= $special ?>