Lokali

Aktar atti vandali fuq vetturi fis-Swieqi

Għal darb’oħra, residenti tas-Swieqi sabu li l-karozzi tagħhom sfaw fil-mira ta’ vandali li matul bejn it-Tnejn u t-Tlieta twettqu minn persuni mhux magħrufa. Dan ma kienx l-ewwel każ ta’ vandaliżmu f’din il-lokalità, bir-residenti u l-Kunsill Lokali jappellaw lill-Gvern għal aktar sigurtà fit-toroq.

Fost l-appelli tagħhom, il-Kunsill Lokali u r-residenti tas-Swieqi qed jisħqu l-ħtieġa li s-Swieqi jkollha Għassa tal-Pulizija. Madankollu, il-Gvern jidher li qed ikompli jinjora din it-talba.

Persuni li tkellmu magħna u anke bagħtu ritratti ta’ dawn l-aħħar atti vandali qalu li lokalità li għandha madwar 10,000 resident għandu jkollha sistema tajba ta’ sigurtà, mhux biss għax hi viċin postijiet ta’ divertiment, iżda wkoll għax fiha jgħixu ħafna familji u anzjani li jridu jħossuhom siguri fil-komunità tagħhom.