Stephen Francis Galli, Amerikan ta’ 49 sena ġie mixli b’serq minn diversi karozzi f’San Ġiljan. Galli ċaħad l-akkużi miġjubin kontrih fejn wieġeb mhux ħati li seraq “handbag” minn karozza pparkjata, propjeta’ ta’ Pamela Baldacchino.
L-inċident seħħ wara nofs inhar fis-16 ta’ Frar ta’ din is-sena. Galli, skont il-Prosekuzzjoni naqabd mis- CCTV cameras iwettaq is-serq. Huwa kien ukoll mixli li sar reċidiv.
Il-Maġistrat Ian Farrugia ma laqax it-talba għal liberta’ proviżorja mid-difiża bl-Amerikan jintbagħat fil-Faċilita’ Koprrettiva ta’ Kordin. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Trevor Micallef.
//= $special ?>