Fir-raba’ dehra tiegħu fil-Kampjonat tal-Commonwealth, it-tim Malti ma ddiżappuntax u għeleb lil Afrika t’Isfel 9 – 8 f’dik li hija meqjusa bħala l-isbaħ partita fil-kompetizzjoni sabiex Malta kisebet ir-raba’ rebħa konsekuttiva minn daqstant partiti.
Fl-aktar partita diffiċli sa issa kienu l-Afrika t’isfel li sa tmiem l-ewwel sessjoni fetħu vantaġġ ta’ 4 – 3 bit-tim Malti jwettaq reazzjoni biex sa tmiem it-tieni sessjoni l-iskor sar 5 – 5 .
Il-partita baqgħet ibbalċjata fit-tielet sessjoni l-iskor sar 6 – 6 isir 7 – 6 favur it-tim Malti bl-aħħar sessjoni tkun dik deċiziva.
Vantaġġ doppju għal Malta sa nofs l-aħħar sessjoni 9 – 7 sabiex fl-aħħar sekondi reazzjoni mill-Afrika t’Isfel bil-partita tintemm :
Malta 9 Afrika t’Isfel 8
Kontra l-Afrika t-Isfel it-tim Malti beda b’din il-formazzjoni. Borg Cole, Lanzon, Gabaretta, Stellini, Meli, Matthew Zammit u Jordan Camilleri
Aktar qabel fil-kompetizzjoni t-tim Malti għeleb lil New Zealand 17 – 9 lill-Iskozja 18 – 7 u lil Singapore 18 – 8 .
Malta terġa’ tkun fl-azzjoni l-Erbgħa wara nofsinhar bil-ħames partita kontra Wales.
//= $special ?>

