Lokali Unjoni Ewropea

Jibdew jintlaqgħu n-nomini għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew

Illum qed jibdew jintlaqgħu n-nomini tal-kandidati li se jikkontestaw l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Mejju. In-nomini se jibqgħu miftuħin sal-Ħamis li ġej. F’dawn il-jiem, il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomini mid-9am sas-1pm u mit-3pm sas-7pm fil-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, il-Belt.

Fl-istess ġranet u ħinijiet qed jintlaqgħu wkoll in-nomini tal-kandidati li se jikkontestaw l-elezzjonijiet għal 16-il Kumitat Amministrattiv fil-komunitajiet. Il-Kumitati Amministrattivi, li l-elezzjonijiet għalihom se jsiru wkoll fl-24 ta’ Mejju, huma 13 f’Malta u tlieta f’Għawdex. Fil-każ tal-kandidati Għawdxin, in-nomini tal-kandidati qed jintlaqgħu fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità fir-Rabat.