F’dawn il-jiem, qed jintlaqgħu wkoll in-nomini għall-kandidati tal-hamlets
Il-bieraħ filgħodu bdew jintlaqgħu in-nomini tal-kandidati li se jikkontestaw l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Dawn se jibqgħu miftuhin sal-Ħamis 10 ta’ April 2014. F’dawn il-jiem, l-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomini bejn id-9am u s-1pm u bejn it-3pm u s-7pm, fil-kwartieri tal-Kummissjoni Elettorali f’Evans Building, fil-Belt Valletta.
Fl-istess ġranet u ħinijiet qed jintlaqgħu wkoll n-nomini tal-kandidati li se jikkontestaw l-elezzjonijiet għall-Kumitati Amministrattivi fil-komunitajiet. L-elezzjonijiet f’dawk li huma maghrufa bħala hamlets ukoll se jsiru f’Mejju li ġej, u se jkunu qed jivvutaw b’kollox sittax-il komunità. Tlettax f’Malta u tlieta f’Ghawdex. Dawn huma –
Fleur de Lys fil-lokalità ta’ Birkirkara
Is-Swatar fil-lokalitàjiet ta’ Birkirkara u l-Imsida
Gwardiamanġa fil-lokalità Tal-Pietà
Paceville fil-lokalità ta’ San Ġiljan
Il-Kappara fil-lokalità ta’ San Ġwann
Il-Madliena fil-lokalità tas-Swieqi
Bubaqra fil-lokalità taż-Żurrieq
Tal-Virtu fil-lokalità tar-Rabat
Il-Baħrija fil-lokalità tar-Rabat
Ħal Farruġ fil-lokalità ta’ Ħal Luqa
St. Peter’s fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar
Burmarrad fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar
Baħar iċ-Ċagħaq fil-lokalità tan-Naxxar
Santa Luċija fil-lokalità Ta’ Kerċem
Ix-Xlendi fil-lokalità ta’ il-Munxar
Marsalforn fil-lokalità ta’ Iż-Żebbuġ
Fil-każ tal-kandidati Għawdxin in-nomini tal-kandidati qed jintlaqgħu fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità fir-Rabat, Għawdex.