Qorti

Sentenza sospiża għal Sudaniż li ħarab minn Malta

Sadik Musa, ta’ 23 sena mis-Sudan kien ikkundannat sentenza sospiża wara li ammetta li ħarab minn Malta mingħajr d-dokumenti oriġinali u meta ma kellux passaport oriġinali biex jagħmeld an peress li kien immigrant illegali.

Musa intbagħat lura Malta mill-awtoritajiet Norveġiżi wara li naqabad f’dan il-pajjiż jgħix b’mod illegali għaliex ma kellux permess joqgħod hemm.  L-Ispettur Mario Haber esebixxa d-dokumenti relatati mal-identita’ tas-Sudaniż u d-dokumenti li nstabu fil-pusses tiegħu.

Filwaqt li kkunsidra l-fatt li s-Sudaniż ammetta fi stadju bikri tal-proċeduri, l-Maġistrat Ian Farrugia ikkundannah sitt xhur ħabs sospiżi għal 18-il xahar. L-Avukat tal-għajnuna legali  Renzo Porsella Flores deher għal Musa.