Wara li attivisti favur ir-Russja ħatfu tlett ibliet fil-lvant tal-Ukrajna (Donetsk, Luhansk u Kharkiv), il-qawwiet tas-sigurtà Ukreni ntbagħtu fil-bliet biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni, fejn jidher li l-Ukreni ħadu lura l-kontroll tal-binjiet pubbliċi f’Kharkiv. Madankollu f’Luhansk, l-attivisti irnexxielhom jiksbu armi u f’Donetsk saħansitra ddikjaraw Repubblika tal-Poplu u sejħu għal referendum fil-11 ta’ Mejju.
Sadanittant, kelliema għas-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry sejħet lir-Russja biex tiddissassoċja ruħha pubblikament mill-attivitajiet tas-separatisti. Hi wissiet li aktar azzjonijiet mir-Russja ntiżi biex jiddestabilizzaw l-Ukrajna se jġorru magħhom konsegwenzi. Min-naħa tiegħu, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergei Lavrov qal li r-Russja m’għandha ebda ntenzjoni tinvadi, iżda wissiet lill-Ukrajna biex ma tużax il-forza kontra attivisti favur ir-Russja.
//= $special ?>