Qorti

Arnold Farrugia ħati wara s-sejba ta’ 6kg kokaina fi trailer propjetà tiegħu fl-2005

Arnold Farrugia, ta’ 44 sena minn Ħal Luqa u residenti Ħaż-Żebbuġ, instab ħati 8-1 b’pussess, assoċjazzjoni u mportazzjoni ta’ 6kg droga kokaina. Il-vot tal-ġurati wasal wara sigħat twal ta’ deliberazzjoni, li bdew ilbieraħ wara nofsinhar.

Ilbieraħ, wara ndirizz twil u li dam ifiehem il-proċeduri lill-ġurati għal kważi seba’ sigħat, l-Imħallef Quintano bagħathom jiddeliberaw. Sakemm għall-ħabta tas-7.30pm, issospenda d-deliberazzjoni biex titkompla illum.

Id-droga kokaina, b’valur fit-triq ta’ €500,000, kienet instabet fi trailer li hu propjeta’ ta’ Farrugia u li kien wasal Malta minn Genoa f’Lulju 2005.