Kultura

BOV u Fondazzjoni Wirt Artna jġeddu s-sħubija tagħhom

Bank of Valletta ġedded l-irwol tiegħu bħala s-Sieħeb Ewlieni ta’ Fondazzjoni Wirt Artna (FWA), fondazzjoni li hija attiva ħafna fil-qasam tal-priservazzjoni tal-wirt kulturali u l-ħolqien ta’ għarfien fuq il-wirt kulturali tal-Gżejjer Maltin.

Charles Borg, CEO ta’ Bank of Valletta ltaqa’ ma’ Mario Farrugia, CEO ta’ Fondazzjoni Wirt Artna f’Bieb is-Sultan il-Birgu fejn żewġ volontiera mill-FWA wrew replika tal-ilbies tal-Kavallieri u t-teknikalitajiet tal-ġlied ta’ dak iż-żmien.

Waqt li rringrazzja lil Bank of Valletta tas-sapport, Mario Farrugia spjega li l-Fondazzjoni tieħu ħsieb siti li jkopru 7,000 sena mill-preistorja sas-seklu 20. “Għalkemm żgħira fil-qies, Malta tista’ tiftaħar bit-teżor kulturali li ovjament għandu bżonn ammont kbir ta’ fondi biex ikun restawrat u miżmum tajjeb”.

“Aħna nixtiequ nieħdu din l-opportunità biex nistiednu lill-pubbliku inġenerali jsir ‘Ħabib’ tal-Fondazzjoni billi jagħti donazzjoni żgħira”, kompla s-Sur Farrugia. ‘Ħbieb’ tal-Fondazzjoni jgawdu minn aċċess bla limitu għas-siti kollha li tieħu ħsieb FWA kif ukoll skontijiet għall-avvenimenti ewlenin tal-Fondazzjoni.”

“Bank of Valletta jista’ jmur lura għall-istorja tiegħu aktar minn 200 sena u bħala l-Bank Malti tal-Komunità għandu għeruq sodi fil-wirt tagħna” qal is-Sur Borg. “Għalkemm aħna istituzzjoni li tħares dejjem lejn il-futur, aħna kburin bl-għeruq tagħna u huwa bi pjaċir kbir li nagħtu sapport lil inizjattivi li jfittxu li jħarsu l-wirt imprezzabbli ta’ Malta.”

“Aħna għandna nirringrazzjaw tabilħaqq lil organizzazzjonijiet bħal Fondazzjoni Wirt Artna li x-xogħol ma jaqta’ xejn tagħhom jiżgura li t-teżori storiċi tagħna jkunu jistgħu jitgawdew minna u mill-ġenerazzjonijiet futuri.”

Permezz tal-kollaborazzjoni ma’ Bank of Valletta, Fondazzjoni Wirt Artna ser tkun qed torganizza numru ta’ avvenimenti interessanti li jinkludu Festival Militari, ‘open days’ fil-parti l-kbira tas-siti ta’ FWA u l-open day annwali tal-Forti Rinella fejn jiġi sparat l-uniku kanun ta’ 100 tunnellata.

Aktar informazzjoni fuq Fondazzjoni Wirt Artna u s-siti storiċi li tieħu ħsieb u kif wieħed jista’ jsir ‘Ħabib’ tal-Fondazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit ta’ FWA www.wirtartna.org.