L-eks Kunsillier Laburista f’San Pawl il-Baħar Jason Camilleri li rriżenja f’Awwissu li għadda wara li kien rebaħ tender tal-Kunsill Lokali bħala Council Supervisor, se jiġi impjegat mal-Kunsill Laburista ta’ San Pawl il-Baħar bħala skrivan. Dakinhar huwa kien rebaħ it-tender waqt li kien qed jokkupa l-kariga ta’ kunsillier.
Jidher li meta ħarġet is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal skrivan, mar-rekwiżiti li għandu jkollu min japplika għall-post ta’ skrivan żdiedet il-ħtieġa li min japplika għandu jkollu liċenzja speċjali tas-sewqan.
Minn informazzjoni li għandu maltarightnow.com, kien hemm żewġ persuni eliġibbli għal post ta’ skrivan mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, wieħed minnhom Jason Camilleri li spiċċa biex ġie magħżul għal dan ix-xogħol.
//= $special ?>

