Internazzjonali

L-Italja: Salvati madwar 4,000 immigrant irregolari f’jumejn

Fl-aħħar jumejn, l-Italja salvat madwar 4,000 immigrant irregolari li kienu qed jaqsmu l-baħar Mediterran biex jilħqu l-kosta tal-Italja. Il-Ministru tal-Intern Taljan Angelino Alfano qal li dak li ġara fl-aħħar jumejn issa żgur li juri biċ-ċar kif is-sitwazzjoni tal-immigranti rregolari hi waħda gravi.

Alfano spjega li llum stess ġew salvati żewġ dgħajjes milli jegħrqu b’aktar minn 300 immigrant irregolari fuq kull waħda. Mill-bidu tas-sena s’issa, l-Italja salvat madwar 15,000 immigrant. Alfano temm jgħid li rridu naraw l-għeruq tal-problema tal-immigranti billi jibdew jiġu ndirizzati t-traffikanti.