Internazzjonali

Libja: Il-Parlament jitlob lill-PM biex jifforma Kabinett ġdid

L-awtoritajiet fil-kapitali Libjana Tripli sostnew li l-Parlament Libjan talab lill-Prim Ministru Abdullah al-Thinni biex jifforma Kabinett ġdid. Hu ntalab jagħmel dan hekk kif, bi ftehim mal-Kungress Ġenerali, mal-ħatra tiegħu hu kellu jwaqqaf Gvern f’perjodu ta’ sebat ijiem.

Hekk kif jinħatar il-Kabinett ġdid, irid ikun deċiż jekk al-Thinni għandux jibqa’ Prim Ministru tal-Libja jew le. Al Thinni kien kiteb lill-Parlament biex ikollu aktar poteri u mandat aktar b’saħħtu.