Id-ditta MAPFRE tinsab fost l-aqwa 500 ditta globali. Skont rapport ippublikat mill-konsulenti Brand Finance, MAPFRE tinsab fl-412 il-post, hekk kif telgħet 56 post mis-sena preċendenti. Il-kumpanija tal-assigurazzjoni lokali Middlesea Insurance hi membru tal-Grupp MAPFRE.
Skont l-istudju, id-ditta MAPFRE għandha valur ta’ $3.55 biljun, żieda ta’ $840 miljun fuq il-valutazzjoni mogħtija fl-2013. MAPFRE hi l-unika ditta tal-assigurazzjoni Spanjola f’din il-lista, li tinkludi total ta’ 10 kumpaniji Spanjoli.
Brand Finance tibbaża l-kalkolu tal-valur ta’ ditta fuq numru ta’ kriterji, fosthom il-valur tad-dħul u l-profittabilita kif ukoll parametri oħra bħall-impatt emozzjonali.
MAPFRE hi kumpanija tal-assigurazzjoni globali, li topera f’47 pajjiż fil-ħames kontinenti. Hi l-kumpanija ewlenijia tal-assigurazzjoni fis-suq Spanjol, il-kumpanija multinazzjonali ewlenija fl-Amerika Latinau waħda mill-aqwa 10 gruppi tal-assigurazzjoni fl-Ewropa, f’termini ta’ volum ta’ primjums. MAPFRE timpjega iktar minn 36,000 impjegat u għandha iktar minn 23 miljun klijent madwar id-dinja. Fl-2013, MAPFRE iġġenerat profit ta’ iktar minn €790 miljun fuq dħul ta’ €25.89 biljun.
//= $special ?>