Valletta se jkunu mingħajr iż-żewġ difensuri ċentrali għal-logħba li jmisshom nhar is-Sibt mill-Kampjonat BOV Premier kontra Mosta wara li Jonathan Caruana u Luke Dimech ġew sospiżi logħba kull wieħed mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA. Iż-żewġ plejers dabbru r-raba’ karta safra tagħhom fir-rebħa 3-2 fuq Hibernians fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet hekk kif il-Beltin żammew l-isfida lil B’Kara.
Sliema Wanderers se jkunu mingħajr Beppe Muscat, Clifford Gatt Baldacchino u Paltemio Barbetti għall-partita diffiċli li jmisshom kontra l-liders B’Kara FC.
Plejers oħra sospiżi logħba mill-Premier din il-ġimgħa huma Jose Filipe Caldeira Aguiar u Leonardo Torri ta’ Vittoriosa Stars li se jitilfu l-partita importanti kontra Rabat Ajax mir-Relegation Pool, flimkien ma’ Justin Grioli ta’ Balzan li se jkun nieqes kontra Hibs u Clyde Borg ta’ Floriana se jkun nieqes għal kontra Tarxien Rainbows.
Mill-Ewwel Diviżjoni l-plejers sospiżi logħba huma tlieta – Dario Arran Zampa (St. Andrews), Thomas Galea (St. George’s) u Matthew Cocks (Żurrieq).
Fit-Tieni u t-Tielet Diviżjoni Diviżjoni Roderick Sciberras (Dingli S), Philip Chircop (Fgura Utd) u Roderick Camilleri (Xgħajra T) kienu sospiżi żewġ partiti kull wieħed waqt li Justin Buhagiar (Mdina K), Vince Camilleri (Senglea A), Justin Cilia (Kalkara), Mark Farrugia u Ennio Desira (Marsaxlokk), Shawn Peplow (Mtarfa), Jeremy Gatt Coleiro (Swieqi Utd) u Martin Portelli (Xgħajra) logħba kull wieħed.
//= $special ?>

