Żagħżugħ li kien qed isuq karozza fi Triq l-Imdina, l-Imrieħel ma weġġax meta tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo siġra tal-Palm miżrugħa fis-central strip fit-triq prinċipali tal-Imrieħel.
Jidher li mal-impatt, il-karozza dahret dawra mejt u spiċċat daħlet fi triq sekondarja, Triq l-Għajn. Iż-żagħżugħ kien qed isuq fid-direzzoni mill-Ħamrun lejn l-Imrieħel. Nies li tkellmu ma’ maltarightnow.com qalulna li semgħu ħoss kbir ta’ brejkijiet qabel ma ħarġu u raw il-karozza f’nofs ta’ triq li sofriet ħsarat kbar kif jidher fir-ritratt ta’ Matthew Mamo.
Fuq il-post marru membri tal-Korp tal-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili.
//= $special ?>

