Il-Pulizija arrestat żewġt irġiel mhux ta’ nazzjonalità Maltija b’rabta ma’ każijiet ta’ vandaliżmu fuq karozzi fis-Swieqi li seħħ fl-aħħar jiem. F’dawn il-każijiet ta’ vandaliżmu, ir-residenti tas-Swieqi kienu qed isibu t-tyres tal-karozzi tagħhom imċartin. Minn informazzjoni li għandu maltarightnow.com jidher li dawn iż-żewġt irġiel qed jiġu investigati wkoll b’rabta ma’ serq minn karozzi.
Jidher li kollox beda meta ftit siegħat ilu, il-Pulizija ġew imsejjħa biex imorru fi Triq it-Tiben is-Swieqi minħabba li kien hemm xi persuni li dehru qed jivvandalizzaw il-karozzi. Il-Pulizija wasslu fuq il-post u qabdu liż-żewġt irġiel fil-fatt. Jidher li ma kinitx faċli għall-pulizija biex jarrestaw lil dawn iż-żewġ persuni u saħansitra wieħed miż-żewġt irġiel kien fil-pussess ta’ sikkina.
//= $special ?>

