Radio 101 reġa’ żied l-udjenzi tiegħu. Skont stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir, Rodio 101 żied l-udjenzi tiegħu b’aktar minn 2% meta kkomparat mas-sena l-oħra. Kienu diversi l-programmi li żiedu l-udjenzi, fosthom “101 Breakfast Show”, “The Big Show” u “Hitsteria”.
Anke l-programmi ta’ filgħaxija żiedu fis-semmiegħa, fosthom “Lura d-Dar”, li jixxandar bejn is-6.30pm u t-8pm. Ma tonqosx ukoll żieda fin-numru tas-semmiegħa ta’ programmi kemm ta’ filgħodu kif ukoll ta’ filgħaxija, li jmexxu diskussjonijiet politiċi u ta’ ġrajjiet kurrenti.
//= $special ?>