Il-grupp Malti Airport Impressions nieda t-tieni album tiegħu bl-isem ta’ ‘Mariette’. Airport Impressions ħarġu l-ewwel album tagħhom ‘Seeing with eyes closed’ fl-2009.
‘Mariette’, l-album il-ġdid ta’ Airport Impressions jinkludi tnax-il kanzunetta versatili li jinkludu elementi ta’ mużika pop, rock, country u indie folk.
Matul il-konferenza tal-aħbarijiet li matula tnieda l-album il-ġdid, Airport Impressions spjegaw kif ilhom jaħdmu fuq il-materjal għall-album il-ġdid għal dawn l-aħħar sentejn u l-lirika tal-kanzuentti tinkludi kunċetti pożittivi b’temi soċjali u personali li mistennija ma jiddiżappuntawx lil kull min jisma l-album il-ġdid. L-album ‘Mariette’ għandu produzzjoni ta’ Howard Keith.
Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq il-website il-ġdida ta’ Airport Impressions: www.airportimpressions.com
//= $special ?>