Sport

Asafa Powell sospiż 18-il xahar

L-isprinter Ġamajkan Asafa Powell ġie sospiż 18-il xahar wara li instab pożittiv għad-doping.

Powell, li għandu 31 sena kien instab ħati li għamel użu minn sustanza ipprojbita waqt it-trials nazzjonali u b’hekk, issa jirritorna fl-azzjoni f’Diċembru ta’ din is-sena. Din l-aħbar tasal ftit jiem wara li l-isprinter Ġamajkana Sherone Simpson, ukoll ġiet sospiża 18-il xahar minħabba raġunijiet smili. Hekk kif ħarġet din l-aħbar l-avukat ta’ Powell qal li l-atleta se jappella mid-deċiżjoni quddiem il-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv (CAS).

Powell u Simpson se jitilfu l-Kampjonati tal-Commonwleath li se jsiru fil-belt ta’ Glasgow fl-Iskozja f’Lulju. Powell diġa’ tilef il-Kampjonati Mondjali li saru fis-sajf li għadda fir-Russja minħabba li kien diġa’ sospiż b’mod temporanju. Minn naħa tiegħu powell dejjem sostna li kien il-kowċ tiegħu Chris Xuereb li tah is-sustanza u dan ma kienx jaf x’fiha.