Internazzjonali Unjoni Ewropea

Il-PPE irid joħroġ lill-Ewropa mill-kriżi – Juncker

Il-Partit Popolari Ewropew (PPE) irid joħroġ lill-Ewropa mill-kriżi u jerġa’ jpoġġiha lura fit-triq tat-tkabbir, l-istabbiltà, l-impjiegi u l-ġustizzja soċjali. Dan kien il-qofol tal-interventi tal-kandidat tal-PPE għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker fl-ewwel dibattitu televiżiv bejnu u bejn il-kandidat Soċjalista Martin Schulz.

Dan kien l-ewwel dibattitu televiżiv u xxandar fuq l-istazzjon France 24. Juncker qal li taħt it-tmexxija tiegħu, il-Kummissjoni se tkun qed tiffoka fuq l-impjiegi u t-tkabbir. Min-naħa tiegħu, Schulz qal li l-Parlament Ewropew kien wissa’ lill-pajjiżi kollha dwar il-kriżi u qalilhom li l-politika li qed jadottaw hi waħda żbaljata.