Fil-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa, diversi stazzjonijiet tat-televiżjoni lokali ser juru filmat tal-Via Sagra Djoċesana li saret tul l-Għolja Ta’ Għammar f’Ta’ Pinu, Għawdex.
Din il-Via Sagra tmexxiet mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, nhar il-Ħadd 6 ta’ April 2014. Il-ħsibijiet kienu mibnija fuq it-tagħlim tal-Papa Franġisku, u ġew miġbura fi ktejjeb li jista’ jinkiseb mis-Santwarju Ta’ Pinu.
Dan qed isir bil-kollabarazzjoni tal-Kumitat Inizjattiva Għawdex – Fidi u Tradizzjoni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, il-Fondazzjoni U xandir soċjo-reliġjuż u s-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu. Il-ġranet tax-xandiriet huma dawn:
ONE TV: l-Erbgħa 16 ta’ April fid-9.30pm; b’repetizzjoni nhar il-Ġimgħa l-Kbira fil-għodu;
NET TV: il-Ġimgħa 18 ta’ April fis-2.00pm;
TVM2: is-Sibt 19 ta’ April fis-6.30pm.