Internazzjonali

Iridu jgħaddu ġuri lil Gorbachev

Ħames membri tal-Parlament Russu sejħu biex l-eks-President, Mikhail Gorbachev, jgħaddi minn proċess tal-qorti b’konnessjoni mal-kollass tal-Unjoni Sovjetika li kien seħħ fl-1991.
Intant, Gorbachev – li introduċa l-politika ta’ perestroika u glasnost li rriformat l-eks-sistema komunista lejn l-aħħar tas-snin tmenin – qed jinsisti li din id-domanda ‘assurda’ hi xprunata minn ‘ġuh għall-pubbliċita’ u xejn aktar.

Id-deputati wara l-inizjattiva jinkludu tnejn li jiffurmaw parti mill-Partit tal-President Russu Vladimir Putin u b’dawn isostnu li qegħdin jieħdu sens ta’ motivazzjoni mill-aħħar avvenimenti, b’mod partikolari l-kriżi tal-Ukrajna li hi fost l-erbatax-il pajjiż li kisbu l-indipendenza minn Moska, wara l-kroll storiku tal-Unjoni Sovjetika.

L-istess deputati qalu li Gorbachev kien sfida x-xewqa tal-poplu meta ppermetta għall-kroll u fejn ‘ittradixxa l-interess nazzjonali’.