Lokali

Jitħabbru r-rebbieħa ta’ 2nd Chance Instant Scratchers

Il-kumpanija Maltco ħabbret l-ismijiet tar-rebbieħa tal-aħħar erba’ edizzjonijiet ta’ 2nd Chance Instant Scratchers. Dawn huma Lourdes Abdilla mill-Qrendi; rebbieħa għax-xahar ta’ Jannar, Mary Dolores Darmanin mill-Ħamrun; rebbieħa għax-xahar ta’ Frar, Grace Galea minn San Pawl il-Baħar; rebbieħa għax-xahar ta’ Marzu u Patricia Sammut minn Ħaż-Żebbuġ għax-xahar t’April.

Ir-rebbieħa ġew ippreżentati b’elf ewro minn rappreżentant ta’ Maltco fl-uffiċini ewlenin tal-kumpanija.

It-tlugħ tas-2nd Chance Instant Scratchers isir kull xahar.

Aktar informazzjoni fuq il-website www.maltco.com jew billi ċċempel fuq 23883333.