Futbol

Telfa kbira oħra għall-Maltin

MALTA…………………..0
IŻLANDA……………….8
Malta – Sharon Costantino (Sonia Farrugia 87), Gabriella Zahra, Rebecca D’Agostino, Dorianne Theuma, Ylenia Carabott (Nicole Buttigieg 72), Rachel Cuschieri (Brenda Borg 69), Antoinette Sammut, Mandy Debono, Shona Zammit, Stefania Farrugia, Charlene Zammit
 
Iżlanda – Gudbjorg Gunnarsdottir, Olina Vidarsdottir, Perla Viggorsdottir, Sara Gunnardottir, Katrin Omarsdottir (Asgerour Baldursdottir 77), Maria Dora Larusdottir, Dagny Brynjarsdottir, Anna Bjork Kristjansottir, Harpa Porsteinsdottir (Holmfriour Magnusdottir 66), Fanndis Frioriksdottir, Rakel Honnudottir (Brynja Gudmunda Oladottir 66)
 
Skurjaw – Harpa Porsteinsdottir 2, 23, 60, Maria Larusdottir 15, Dagny Brynjarsdottir 33, 93, Fanndis Frioriksdottir 64, Brynja Oladottir 87 (Iżlanda)
Referee– Sjouke De Jong (Olanda)
It-tim nazzjonali tan-nisa sofra telfa kbira ta’ 8-0 kontra l-Iżlanda f’logħba valida mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2015 li se ssir fil-Kanada. Dan kien it-tieni riżultat negattiv fi spazju ta’ ftit jiem wara li fi tmiem il-ġimgħa l-Maltin tilfu 11-0 kontra l-Izvizzera.
Barra minn hekk, din kienet il-ħames telfa minn daqstant partiti għat-tim ta’ Pierre Brincat fi Grupp 3. Minkejja li l-avversarji tal-Maltin huma ta’ kalibru ogħla, wieħed kien jistenna xi tip ta’ reazzjoni minn naħa tan-nisa Maltin wara l-umiljazzjoni ta’ nhar is-Sibt. L-avversarji tal-Maltin skurjaw erbgħa f’kull taqsima. Wara biss żewġ minuti l-Iżlanda marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Harpa THORSTEINSDOTTIR u mal-kwarta logħob Dora MARIA Larusdottir żiedet mal-iskor.
L-istess THORSTEINSDOTTIR skurjat it-tielet gowl tat-tim Iżaldniż u t-tieni wieħed personali u bir-reazzjoni tal-Maltin tibqa’ ma tasalx, Dagny BRYNJARSDOTTIR għamlithom erbgħa.
Wara siegħa THORSTEINSDOTTIR kisbet hat-trick u erba’ minuti wara Fanndis FRIDRIKSDOTTIR sabet ix-xibka għal skor ta’ 6-0. Minkejja li kellhom vantaġġ kbir l-avversarji tagħna baqgħu jippressaw u skurjaw tnejn oħra fi spazju ta’ ħames minuti. Fit-87 minuta is-sostitut Gudmunda OLADOTTIR skurjat is-seba’ gowl u l-aħħar gowl, li wasal fil-ħin miżjud, kien skurjat minn BRYNJARSDOTTIR. Wara din il-partita t-tim Malti jerġa’ jkun impenjat f’pajjiżna fis-7 ta’ Mejju kontra l-Iżrael.